Isma' Ftit
Għaliex George Washington kien iddeċieda li ma jidħolx għat-tielet terminu tal-presidenza tiegħu?

Bħal-lum 225 sena ilu (fl-1796), fil-gazzetta ta’ Philadelphia, ġie ppubblikat l-indirizz tal-ewwel president tal-Istati Uniti George Washington hekk kif it-tieni terminu tal-presidenza tiegħu qareb lejn tmiemu.
Fl-età ta’ 64 sena, Washington, li kien qed isofri minn tbatijiet fiżiċi u politiċi, iddeċieda li mhux se jidħol għat-tielet terminu tal-presidenza. Għaldaqstant, hu u l-akbar ħabib tiegħu Alexander Hamilton abbozzaw indirizz ta’ 7,641 kelma. Washington talab għall-għaqda bejn il-poplu Amerikan, kif ukoll talab lill-poplu biex jirreżisti partiti politiċi ġodda, u biex jevita l-influwenza ta’ ndħil barrani.
Washington ma kienx marbut li jagħmel biss żewġ termini, madankollu beża’ li jekk kemm-il darba jmut waqt li jkun president, kien se jinħoloq preċedent li l-presidenza kienet ħatra li għandha ttul għal għomrok kollu.
minn Benjamin Camilleri