top of page
ME
NU
  • Writer's pictureMaria Ellul

Għalliem l-iskola - ħabib għal dejjem!




Għal ħafna l-gradwazzjoni tal-iskola sekondarja huwa mument li wieħed jibqa' jiftakar għal għomru. Immaġina l-biża' ta' Daverius Peters, student Amerikan li hekk kif wasal l-iskola għaċ-ċerimonja twaqqaf mal-bieb għaliex iż-żarbun li kien liebes kien jikser il-kodiċi tal-ilbies tal-iskola.


Iżda wieħed mill-għalliema tiegħu ma kienx ħa jħallih jitlef din il-ġurnata u prova jikkonviċihom sabiex iħallu liż-żgħażugħ jidħol għaċ-ċerimonja. Hekk kif induna li ma kienx ser iġibha żewġ, l-għalliem ma ħasibiex darbtejn biex jinża ż-żarbun tiegħu u jtih lill-Peters li rnexxielu jidħol eżatt u jilħaq postu għall-gradwazzjoni.


Hekk kif rawh tiela b'żarbun differenti l-familja kienet konfuża iżda ferħu bil-ħsieb tal-għalliem li għamel minn kollox sabiex binhom ma jitlifx dan il-mument importanti.

bottom of page