top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Għaxar snin mill-mewt ta' Amy Jade Winehouse



Bħal-lum għaxar snin ilu (fl-2011), il-kantanta Ingliża Amy Jade Winehouse, li rebħet ħames Grammy Awards għall-album Back to Black (2006) imma fl-istess ħin kienet tissielet kontra l-abbuż mid-droga, mietet minħabba konsum eċċessiv ta’ xorb alkoħoliku fl-età ta’ 27 sena.


Wara mewtha, l-album Back to Black kien sar l-iktar album li kien qed jinbiegħ fir-Renju Unit filwaqt li VH1 kien ikklassifika lil Winehouse fis-26 post fost l-aħjar mitt mara fil-mużika. F’intervista li kienet tat lill-magażin Rolling Stone, kienet żvelat li fil-verità hi qatt ma xtaqet issir kantanta hekk kif dejjem ħolmot li tkun waitress miexja bir-roller skates, bħal dawk li kienet rat f’American Graffiti.


Fl-2007, Winehouse kienet instabet b’doża eċċessiva ta’ eroina, kokaina u ecstasy, tant li kellha tikkanċella l-kunċerti li kienu se jiġu organizzati fl-Ewropa. L-aħħar darba li qatt tat prestazzjoni quddiem udjenza kien f’Kalemegdan Park fis-Serbja, fit-18 ta’ Ġunju 2011.

bottom of page