Isma' Ftit
Ġieli bgħatt messaġġ u ddispjaċiek wara? Aqra x’m’għandekx tikteb u tgħid f’messaġġ

X’m’għandekx tikteb u tgħid f’messaġġ
Tilmenta. Meta wieħed ma jismax il-vuċi tiegħek, ma jkunx jista’ jifhem kemm ħaġa qed iddejqek jew le.
Tgħajjar. Jaf jiddispjaċik b’dak li tkun ktibt meta stajt tieħu iktar ħin biex tirrispondi.
Tiskuża ruħek. Minflok, ipprova stieden lill-persuna biex titkellmu. B’hekk, ikollok iktar ċans taħseb f’dak li għandek tgħid.
Xi messaġġ bombastiku. Anki l-iktar wieħed sabiħ bħal “naħseb li nħobbok” jixraqlu jingħad wiċċ imb wiċċ.
Xi sigriet. Dejjem ikkunsidra l-fatt li messaġġ bħal dan jista’ jispiċċa għand xi ħadd li ma tixtieqx taqsmu miegħu.