Isma' Ftit
Ġieli ltqajt ma' xi ħadd tossiku? Kif tagħrafhom nies bħal dawn?

Kif tagħraf nies tossiċi:
Tħossok emozzjonalment eżawrit kull darba li tiltaqa’ magħhom.
Jikkummentaw fuq l-iċken żbalji jew nuqqasijiet.
Tħoss li trid timxi fuq il-ponot ta’ saqajk kull meta tkun fil-preżenza tagħhom.
Inti jew ta’ madwarhom issir/isiru l-ħtija tal-emozzjonijiet u ċ-ċirkustanzi negattivi tagħhom.
L-ebda ħaġa li tgħid mhi tajba biżżejjed għalihom.
M’għandhomx rispett għal-limiti tiegħek u qatt ma jirrispettaw il- ‘le’ tiegħek.