top of page
ME
NU
  • Writer's pictureMaria Ellul

Ġurnata 'l bogħod mill-Euro 2020/21

Updated: Jun 11, 2021


Baqa' biss ġurnata sabiex jingħata bidu għall-kampjonat Ewropew tan-nazzjonijiet tal-futbol. Dan wara li l-logħob skedat għas-sajf li għadda ġie pospost minħabba l-imxija tal-Covid 19. Sforz aktar prekawzjonijiet, din is-sena l-logħob se jkun qed jintlagħab fi ħdax-il belt differenti minn madwar l-Ewropa.


L-ewwel partita se tkun dik bejn l-Italja u t-Turkija fi Stadio Olimpico ta' Ruma bil-kampjonat jintemm fil-11 ta' Lulju bil-finali li se ssir f'Wembley Stadium ta' Londra.


Inti ma' min se żżomm? Min taħseb li se jkun qed jerfa' t-trofew tal-Euro din is-sena?

bottom of page