top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Gwerra li għadha għaddejja sal-ġurnata tal-lum



Bħal-lum 20 sena ilu (fl-2001), disat ijiem wara l-attakki terroristiċi ta’ 9/11, il-President Amerikan George W. Bush indirizza lill-Kungress Amerikan (f’sessjoni konġunta), f’diskors li ġie mxandar fuq it-televixin.


F’dan id-diskors famuż, il-President ħabbar li l-Istati Uniti kienet se tibda “gwerra kontra t-terrur” kontra l-al Qaeda, il-grupp Iżlamiku li kien responsabbli għat-twaqqigħ tat-Twin Towers u l-attakk fuq il-Pentagon. Huwa enfasizza li din il-gwerra ma kinitx se tintemm sakemm jintrebaħ kull grupp terroristiku li għandu firxa globali.


Din il-gwerra twila, li rat ġlied kontra gruppi oħra bħat-Taliban u l-Istat Iżlamiku (ISIL/ISIS), invażjonijiet jew interventi fl-Afganistan, fl-Iraq, fis-Sirja u bnadi oħra, għadha għaddejja sal-ġurnata tal-lum.


minn Benjamin Camilleri

bottom of page