top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

HER - Esibizzjoni mtellgħa minn Clint Scerri Harkins

Updated: Jun 18, 2021



‘HER’ hi esibizzjoni mtellgħa minn Clint Scerri Harkins li qed jistedinna biex inħarsu lejn dawn il-mumenti intimi. Uħud minn dawn ir-ritratti, li huma momentarji u meħuda fl-istudju, huma riżultat ta’ teknika artistika, oħrajn huma manipulazzjoni esperimentali bil-kamera u saħansitra hemm ritratti meħuda mingħajr ippużar.


Clint Scerri Harkins

L-artist qed jidħol fil-profondità tal-intimità billi juri lis-sieħba tiegħu fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum. Ir-ritratti kollha huma estremament minimalisti fil-kompożizzjoni tagħhom u ħielsa minn kull props, madanakollu, jiġbdu l-attenzjoni tal-viżitaturi minħabba abbundanza ta’ riflessjonijiet.



Din il-kollezzjoni se tkun esebita kuljum mit-18 ta' Ġunju sat-13 ta' Lulju 2021, f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba, bejn is-6:00am u 12:00pm.


Żur www.artsweven.com

bottom of page