top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Il-Ġlieda storika li temmet it-theddida tal-Imperu Ottoman għall-Kristjaneżmu


Bħal-lum 338 sena ilu (fl-1683), seħħet il-Battalja ta’ Vjenna, ġlieda storika li baqgħet imfakkra bħala avveniment kardinali li temm it-theddida tal-Imperu Ottoman għall-Kristjaneżmu.


Din il-battalja saret wara li Vjenna kienet ilha assedjata mill-forzi tal-Imperu Ottoman għal xahrejn u kienet f’riskju serju li taqa’. Hekk kif kien jidher li l-forzi Iżlamiċi kienu waslu biex jieħdu l-belt, dehret fuq ix-xefaq is-salvazzjoni tad-difensuri Kattoliċi, fil-forma tal-armata alleata mmexxija mir-Re Pollakk, Jan III Sobieski. Is-suldati Nsara niżlu għal fuq l-Ottomani u sakemm sar filgħaxija kien jidher biċ-ċar li l-forzi Ottomani ma kinux qegħdin jifilħu għalihom. L-aħħar azzjoni seħħet meta r-Re Sobieski nnifsu mexxa ċarġ ta’ eluf ta’ rikkieba (l-ikbar ċarġ tal-kavallerija fl-istorja) dritt għal fuq il-kampijiet Ottomani.


Mat-tmiem ta’ dan iċ-ċarġ leġġendarju, il-Kattoliċi rebħu l-ġurnata, il-forzi Iżlamiċi ħarbu, u Vjenna ġiet salvata.


Minn Benjamin Camilleri


bottom of page