Isma' Ftit
Il-kostruzzjoni ta’ dak magħruf bħala l-Ħajt ta’ Adrijanu (Hadrian’s Wall).

Bħal-lum 1899 sena ilu (122 W.K.), bdiet il-kostruzzjoni ta’ dak magħruf bħala l-Ħajt ta’ Adrijanu (Hadrian’s Wall).
Dan il-ħajt, twil 73 mil, inbena sabiex iservi bħala l-fruntiera l-iktar nordika tal-Imperu Ruman u jaqsam ir-Renju Unit fi tnejn; il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ isfel. Adrijanu, l-Imperatur Ruman ta’ dak iż-żmien, xtaq li dan il-ħajt jissepara lill-Brittanja ċċivilizzata (jiġifieri l-parti ta’ isfel tal-gżira li kienet ikkonkwistata mir-Rumani, ekwivalenti ftit jew wisq għall-Ingilterra tal-lum) mill-Brittanja barbara (jiġifieri t-tribujiet li kienu għadhom jgħixu fit-Tramuntana tal-gżira, ekwivalenti ftit jew wisq għall-Iskozja tal-lum).
Il-Ħajt ta’ Adrijanu għadu jeżisti sal-ġurnata tal-lum fil-parti l-kbira tiegħu, u huwa rikonoxxut mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji. Minn meta nbena, dan il-ħajt qeda dmiru għal madwar 300 sena sakemm il-ħakma tal-Imperu bdiet tmajna.
Minn Benjamin Camilleri