Lara Michelle Camilleri
Il-kriżi tal-Kanal ta' Suez fl-1956

Bħal-lum 65 sena ilu (fl-1956), il-Kanal ta’ Suez spiċċa fil-pussess tal-President tal-Eġittu Gamal Abdel Nasser hekk kif innazzjonalizzah, tant li qamet kriżi li aktar tard irriżultat fil-forzi Franċiżi, Ingliżi u Iżraeliti jokkupaw partijiet mill-Eġittu għal ftit taż-żmien.
Il-kriżi fuq il-pussess tal-Kanal ta’ Suez, liema kanal kien jikkontrolla żewġ terzi miż-żejt użat fl-Ewropa, bdiet fid-29 ta’ Ottubru tal-1956, madanakollu, fl-aħħar mill-aħħar, l-Eġittu ħarġet rebbieħa u fil-bidu tal-1957, il-forzi Ingliżi, Franċiżi u Iżraeliti rtiraw it-truppi tagħhom mill-Eġittu. Il-Kanal ta’ Suez, li nbena mill-bniedem f’għaxar snin taħt is-superviżjoni tad-diplomatiku Franċiż Ferdinand de Lesseps, ġie inawgurat fl-1869 u jissepara lill-Eġittu mill-Peniżola tas-Sinaj.
Il-Kanal iservi bħala mezz ta’ trasport għall-merkanzija mill-Ewropa għall-Asja, b’mod dirett, u viċi versa.