top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Il-kumment li kien qajjem protesti u ħruq tal-albums ta’ The Beatles



Bħal-lum 55 sena ilu (fl-1966), waqt konferenza stampa, John Lennon mill-grupp The Beatles kien talab apoloġija għad-dikjarazzjoni li kien għamel hekk kif kien stqarr li l-grupp tiegħu kien iktar popolari minn Kristu; liema kumment kien qajjem protesti u ħruq tal-albums ta’ The Beatles.


Għadd ta’ jockeys kienu ħalfu li ma kienx beħsiebhom idoqqu iktar mużika ta’ The Beatles, tant li bdew iħeġġu lis-semmiegħa irrabjati biex jirritornaw id-diski ta’ The Beatles ħalli jagħtuhom in-nar. Lennon ammetta li malli sar jaf li d-diski tagħhom kienu qegħdin jingħataw għall-ħruq u li kien spiċċa ħoloq mibegħda li ma xtaqx, ried jitlob apoloġija minnufih. L-apoloġija li kien għamel Lennon ma kinitx minħabba l-messaġġ innifsu li kien qed jipprova jwassal, imma minħabba l-mod konfuż ta’ kif kien wasslu.


Waqt il-konferenza, Lennon stqarr li hu ma kienx kontra Alla, kontra Kristu jew kontra r-reliġjon, għall-kuntrarju, hu kien jemmen f’Alla, iżda sempliċement ried ifisser li l-Kristjaneżmu kien qed jitlef il-kuntatt minn man-nies.

bottom of page