top of page
ME
NU
  • Writer's pictureGħidli Mitejn

Il-Lista

Kultant il-ġrajjiet moħbija fir-rutina ta’ kuljum. Rakkont ħelu ta’ Mona Attard.

Patrick Hendry - Unsplash

“Ftit basal u tewm, tadam - agħżlu sabiħ ta mill-kbir, u flixkun kappar għax daqt jispiċċalna. Bott kunserva – jew ġib tnejn aħjar, ħa jkollna! Flixkun żejt taż-żebbuġa, flixkun inbid aħmar – dak nixorbu tazza mal-ikel, għasel jinżlilna. Żebbuġ aħdar – ara ġġibu mill-iswed tafx, għax dak ma nħobbux! Pakkett ravjul minn dak tas-soltu, taf liema, hux? Piżelli baqa’ fil-friża? Iċċekkja ħalli fil-kas tixtrili pakkett. Tuffieħ aħmar – mhux mill-aħdar, agħżilli tużżana larinġ sabiħ, ġib xi lumi għal mat-te. U ġobon, tgħid x’ġobon nixtru? Ara ġibli biċċa tat-tursina u biċċa tat-toqba. Tgħid ġbejniet friski għandu? Fil-kas ġibli wkoll. Eh... u kartuna bajd.”

“Okej nanna. Kollox ktibt. Laħam xi trid?”

“Ċempel liz-ziju Kola u għidlu li rrid żewġt ifniek. Ara, tridx iċċempillu issa?”

“Ejja llestu l-lista l-ewwel, nann. Issa nċempillu. Xi trid aktar laħam?”

“In-nannu jħobb il-koxox tat-tiġieġ. Ixtrilu. Nagħmlu bela’ brodu tajba.”

“Okej, ħa nkompli nżid mal-lista.”

“Xi trid nixtrilek iktar, nann?”

“Ixtrili ċikkulata kbira u kejk tajjeb!”

“Imma int ma tistax tiekol ħelu, nann!”

“Dawk mhux għalija tafx!”

“Mela għal min?”

“Għan-nannu,” qaltli bi tbissima kbira.


Grazzi għall-paġna ta' facebook Għidli Mitejn

bottom of page