top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Il-lista oranġjo għall-ivvjaġġar

Updated: Jun 16, 2021


Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ħabbret ir-reviżjoni tal-lista tal-pajjiżi fuq il-lista oranġjo. Maltin u residenti f’Malta għandhom juru ċ-ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika meta jaslu Malta minn xi wieħed minn dawn il-pajjiżi, jew inkella jistgħu jippreżentaw PCR test negattiv li jsir mhux aktar minn 72 siegħa qabel ma jaslu Malta.

Il-lista riveduta tal-pajjiżi hi din li ġejja:

L-Andorra

L-Awstrija

L-Awstralja

Il-Belġju

Il-Belt tal-Vatikan

Il-Bulgarija

Iċ-Ċina

Ċipru

L-Emirati Għarab Magħquda

L-Estonja

Iżrael

Il-Finlandja

Franza

Il-Ġappun

Il-Ġermanja

Il-Ġordan

Il-Greċja

L-Irlanda

L-Italja

L-Iżlanda

Il-Kanada

Il-Korea t’Isfel

Il-Kroazja

Il-Latvja

Il-Libanu

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Monako

New Zealand

In-Norveġja

L-Olanda

Il-Polonja

Il-Portugall

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Rumanija

San Marino

Singapor

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Spanja

L-Iżvezja

L-Iżvizzera

It-Tajlandja

It-Turkija

L-Ungerija

L-Istati Uniti limitata biss għal dawn l-istati:

Washington, Oregon, Louisiana, Arizona, West Virginia, Colorado, North Dakota, Indiana, Georgia, Texas, Pennsylvania, North Carolina, Tennesse, Iowa, Nebraska, Ohio, South Carolina, New Mexico, Florida, Virginia, Maine, South Dakota, Michigan, Illinois, Delaware, Wisconsin, Puerto Rico, Hawaii, New Jersey, Minnesota, Connecticut, Alaska, New Hampshire, Maryland, New York, Rhode Island, Distrett ta’ Columbia, Massachusetts, Vermont, California.

Persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika jistgħu wkoll jivvjaġġaw lejn u minn Malta minn kull pajjiż elenkat f’din il-lista:

Il-Belarussja, il-Beliże, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Butan, Fiji, il-Ġamajka, il-Georgia, il-Gżejjer Faroe, il-Kosovo, il-Każakstan, il-Maċedonja tat-Tramuntana, il-Montenegro, il-Moldova, il-Vjetnam, l-Eġittu, l-Iran, il-Libja, il-Panama, il-Qatar, Kuba, is-Serbja, it-Tajwan, l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Arabja Sawdija.

bottom of page