Lara Michelle Camilleri
X'kien jemmen il-partit politiku ta' Kanye West li kien magħruf bl-isem ta' Birthday Party?

Bħal-lum 6 snin ilu (fl-2015), waqt l-MTV Video Music Awards, ir-rapper Kanye West ħabbar li fl-2020 se jikkontesta għall-kariga ta’ president tal-Amerka.
West ħoloq partit politiku għalih, bl-isem ta’ Birthday Party, liema partit xaqleb kemm lejn l-ideoloġija Repubblikana u konservattiva kif ukoll dik indipendenti hekk kif stqarr li l-politika tiegħu tiddependi mill-persuni li kienu se jkunu qed jaħdmu miegħu. Madankollu, il-partit ta’ West kiseb biss 60,000 vot minn total ta’ 160 miljun vot hekk kif il-voti nkisbu minn 12-il stat biss, fosthom f’Tennessee, li tipikament jiffavorixxi kandidati Repubblikani.
Waqt il-kampanja elettorali ta’ West, hu advoka favur il-ħajja, fosthom kontra l-abort u l-piena kapitali, kif ukoll favur l-arti, u favur it-treġġigħ lura tal-kultura tat-talb fl-iskejjel.