Isma' Ftit
Il-posta bejn Malta u Għawdex permezz ta' drone issa realtà

Is-servizz ġdid ta' posta bejn Malta u Għawdex issa se jittejjeb b'servizz innovattiv ta' twassil ta' pakketti bejn il-gżejjer Maltin. Dan is-servizz ġdid li se jitnieda din il-ġimgħa għandu l-għan li jipprovdi servizz ta' kunsinna aktar veloċi u b'iktar effiċjenza permezz ta' vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ li kapaċi ġġor tagħbija ta' 10kg jew inqas.
Kien hemm numru ta' titjiriet bi prova li twettqu b'suċċess bejn il-gżejjer ta' Malta u Kemmuna u se jkun qed jintuża dan is-servizz għal kunsinni ta' merkanzija urġenti bħal provvisti ta' mediċina, dokumenti u tagħbijiet oħra. Għalkemm dan is-servizz ma jistax jintuża minn konsumaturi privati għalissa, din it-teknoloġija qed tiftaħ toroq ġodda fis-settur ta' trasport bejn dawn il-gżejjer.
Ritratt u vidjow: HandOn Systems