top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Il-pulizija tal-komunità jestendu l-ħidma tagħhom f'aktar lokalitajiet



Wara sentejn mill-ewwel proġett pilota, il-pulizija tal-komunità issa bdew jaħdmu f’disa’ lokalitajiet oħra. B’hekk issa l-pulizija għandha għaxar timijiet ta’ pulizija li qed jaħdmu b’56 uffiċjal dedikati ta’ kuljum fil-qalba ta’ wieħed u għoxrin belt u raħal. Fil-jiem li ġejjin iċ-ċittadini tal-lokalitajiet ġodda ser jirċievu fuljett id-dar bit-tagħrif u bil-kuntatt dwar il-pulizija tagħhom.


Il-lokalitajiet fejn il-pulizija tal-komunità issa beda jaħdem uffiċjalment huma l-Marsa, il-Ħamrun, Ħal Tarxien, il-Birgu, il-Bormla, l-Isla, il-Kalkara, San Ġiljan u Santa Venera.


Sors: DOI

bottom of page