top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Il-qalba mill-Kalendarju Ġuljan għal dak Gregorjan



Bħal-lum 439 sena ilu (fl-1582), ġie introdott il-kalendarju Gregorjan, u matul is-sekli li segwew, għadd ta’ pajjiżi addottaw is-sistema tiegħu.


Dan il-kalendarju, użat fil-maġġoranza tal-pajjiżi minn madwar id-dinja kollha, ġie introdott mill-Papa Gregorju XIII biex jimmodifika l-kalendarju Ġuljan hekk kif naqqas is-sena medja minn 365.25 ġurnata għal 365.242199 ġurnata, u għamel tajjeb għall-bidla fis-sena solari li n-nuqqas ta’ preċiżjoni rnexxielu joħloq matul is-sekli. Dan in-nuqqas ta’ 11-il minuta u 14-il sekonda fis-sena ammonta għal kważi ġurnata u nofs f’żewġ sekli, u sebat ijiem f’elf sena.


Il-kalendarju Gregorjan jispazja s-snin biżestili bex iqarreb l-ammont medju ta’ ġranet fis-sena mal-ġranet li hemm f’sena solari, liema sena tiġi ddeterminata mid-dawra li d-dinja tagħmel max-xemx. Il-maġġoranza tal- knejjes Ortodossi tal-Lvant baqgħu qatt m’addottaw il-kalendarju Gregorjan hekk kif għadhom jużaw il-kalendarju Ġuljan.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page