Isma' Ftit
Il-waqa' tal-Imperu Ruman tal-Punent bl-abdikazzjoni tal-aħħar imperatur Romulus Augustus

Bħal-lum 1545 sena ilu (476 WK), waqa’ l-Imperu Ruman tal-Punent, bl-abdikazzjoni tal-aħħar imperatur Romulus Augustus 1229 sena wara l-fondazzjoni ta’ Ruma.
L-Imperu Ruman tal-Punent kien ilu s-snin jiddgħajjef għal diversi raġunijiet, fosthom ġlied intern u diversi invażjonijiet ta’ diversi tribujiet barbari. L-aħħar att fl-istorja twila tal-Imperu seħħ meta Odoacer, barbaru fis-servizz militari Ruman, mexxa ribelljoni ta’ barbari oħra li kienu jgħixu fi ħdan l-Imperu.
L-Imperatur, li kellu biss madwar 16-il sena, ma kienx kapaċi jwaqqaf din ir-ribelljoni, u mal-abdikazzjoni tiegħu, dak li kien għad fadal mill-Imperu Ruman tal-Punent waqa’ taħt id-dominju tal-barbari.
Minn Benjamin Camilleri