top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Illum Il-kantawtriċi Amerikana Gwen Stefani tagħlaq 52 sena



Bħal-lum 52 sena ilu (fl-1969), twieldet il-kantawtriċi Amerikana Gwen Renée Stefani, li, fid-disgħinijiet, saret popolari hekk kif waqqfet il-grupp tal-mużika No Doubt u, aktar tard, ingħatat l-opportunità li tkun il-kantanta prinċipali, qabel ma mbagħad telqet għal rasha.


Il-fama ta’ No Doubt bdiet toktor mat-tielet album Tragic Kingdom li kien jinkludi l-kanzunetti Just a Girl, Spiderwebs u Don’t Speak. Hekk kif il-popolarità tal-grupp bdiet kulma tmur tiżdied, l-attenzjoni bdiet tintefa’ fuq Stefani. Mill-apparenza tagħha, Stefani mill-ewwel kienet tkun identifikabbli minħabba l-par xufftejn ħomor u x-xagħar bjond li kienet iżżomm. Meta No Doubt kien ħa pawża mix-xena mużikali, Stefani nediet l-ewwel album tagħha bħala solista, li kien iġib l-isem ta’ Love.Angel.Music.Baby, fejn kiseb suċċess internazzjonali permezz tal-kanzunetti Rich Girl, Hollaback Girl u What You Waiting For?.


Stefani ħadet sehem f’numru ta’ films, fosthom The Aviator u Trolls. Madankollu, irwol li kienet applikat għalih u ma ngħatax lilha kien dak ta’ Jane Smith f’Mr & Mrs Smith, hekk kif l-irwol ingħata lil Angelina Jolie minkejja li t-taqtigħa kienet bejnha u bejn Jolie.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page