Isma' Ftit
Illum jitfakkar il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

F'dawn l-aħħar erbatax-il ġurnata nxtegħlu binjiet prominenti, f’lokalitajiet differenti bil-kulur aħmar b’ringrazzjament lil dawk kollha f'pajjiżna li f'din l-aħħar sena offrew id-demm tagħhom lil dawk fil-bżonn.
L-għan ewlieni ta' dan il-jum hu li titqajjem iktar kuxjenza dwar il-ħtieġa tal-għoti tad-demm u dwar il-prodotti maħruġa minnu, għat-trasfużjonijiet siguri. Għan ieħor hu li jiġu rikonoxxuti dawk l-individwi li jagħtu d-demm b’mod volontarju u bla ħlas b’kontribuzzjoni essenzjali lis-sistema tas-saħħa nazzjonali.
It-tema ta’ din is-sena magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa hi 'Agħti d-demm u żomm il-qalb tad-dinja tħabbat'.
Tema magħżula apposta bi ħsieb li din il-ħajja xorta trid tibqa' għaddejja minkejja l-iżvantaġġi u t-taqlib li għaddejna minnu.