top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Illum tista’ tneħħi l-maskra

Updated: Jul 4, 2021



Hekk kif tħabbar ftit tal-jiem ilu, mil-lum tista’ tneħħi l-maskra jekk int imlaqqam kompletament u jkollok iċ-ċertifikat għad-dispożizzjoni.


Dawk li huma mlaqqmin kompletament jistgħu jibqgħu bla maskra jekk ikunu mhux iktar minn tnejn. Minn tliet persuni ’l fuq, trid tintlibes il-maskra anke jekk kulħadd ikun imlaqqam. Dan japplika biss sakemm ma jkunux tal-familja.


Min għadu ma ħax it-tilqima jew għad fadallu jieħu t-tieni doża ma jistax ineħħi l-maskra fil-pubbliku u kawża t’hekk, jekk ikun akkumpanjat minn xi ħadd li ħa l-vaċċin kompletament, irid jilbes il-maskra wkoll.


Il-maskra trid tintlibes minn kull min jidħol f’ħanut, ristorant, uffiċċju, jew anki ġo mezzi ta’ trasport pubbliku. Tfal ta’ inqas minn 12-il sena jistgħu ma jilbsux maskra.


Hu importanti li ċ-ċertifikat tal-vaċċin u l-karta tal-identità jinżammu għad-dispożizzjoni. Il-multa ta’ min jinqabad jikser ir-regoli hi ta’ €100.



bottom of page