top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Imħabbar fond multimiljunarju għar-restawr u t-titjib tal-ambjent



Finanzjament ta' proġetti ġodda mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), se jkun qed joffri programmi u skemi bil-għan li jħares l-ambjent u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f'Malta u Għawdex. Dan il-fond multimiljunarju bl-isem ta' ‘Better Environment in Our Local Urban Spaces’ (BELLUS) se jibda b’investiment inizjali ta’ nofs miljun fl-ewwel skema. Din l-iskema BELLUS hi miftuħa għal entitajiet pubbliċi, inklużi kunsilli lokali, organizzazzjonijiet volontarji u istituzzjonijiet edukattivi u se tkun qed tappoġġa proġetti ambjentali mfassla biex jipproteġu, jirrestawraw u jtejbu l-ambjent. Se tiffinanzja wkoll proġetti li jikkontribwixxu fl-indirizzar ta’ sfidi ambjentali nazzjonali u b’hekk iwasslu għal ambjent aktar b’saħħtu u għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-proġetti għandhom jinkludu azzjonijiet mfassla biex jibbenefikaw l-ambjent u għandhom x’jaqsmu mat-temi li ġejjin: · Green-Blue Infrastructure · Ħolqien ta’ ġonna u żoni pubbliċi oħra mmaniġġjati minn entitajiet jew residenti · Inizjattivi ta’ forestazzjoni, saġġir ieħor u restawr ambjentali bi speċijiet Maltin · Tneħħija ta’ Speċijiet Aljeni Invażivi · Inizjattivi ta’ konservazzjoni u restawr ta’ żoni sensittivi fil-viċinanzi ta’ żoni urbani Permezz ta’ din l-inizjattiva, l-ERA se tassigura l-implimentazzjoni relevanti sabiex ikun hemm sinerġiji biex jaħdmu id f’id ma’ kunsilli lokali, skejjel, entitajiet pubbliċi u NGOs. Dan l-investiment ser ikompli jsaħħaħ il-bijodiversità u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja. L-iskema BELLUS se tiftaħ fl-1 ta’ Lulju 2021 u tagħlaq fit-30 ta’ Settembru 2021. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb permezz tal-emails financing.era@era.org.mt jew era.org.mt.


bottom of page