ME
NU
  • Isma' Ftit

Imniedi l-programm Culture Pass 2021-2022


Ritratt: Kunsill Malti għall-Arti

Ġie mniedi l-programm Culture Pass 2021-2022 bl-għan li joffri programm artistiku b'xelta wiesgħa ta' produzzjonijiet mtella' minn artisti lokali, għal studenti f'livell primarju, sekondarju u post sekondarju. Dan il-programm jikkumplimenta l-kurrikulu sabiex joffri esperjenza edukattiva u ħolistika lill-istudenti li jipparteċipaw fih.

Matul is-sena skolastika li għaddiet dan il-programm kien ta' suċċess, fejn aktar minn 80 skola għamlu talba għal dawn il-produzzjonijiet li kellhom isiru online sabiex jiġu osservati l-linji gwida tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.

Il-Culture Pass sar opportunità oħra biex jinċentiva l-produtturi kulturali biex jipproduċu produzzjonijiet ġodda u attivitajiet artistiċi mfassla speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ. Il-produzzjonijiet ivarjaw u jirrappreżentaw il-forom kollha tal-arti: żfin, teatru, mużika, arti viżiva, letteratura, film u wirt kulturali.

Id-Direttorat tal-Kultura u l-Kunsill Malti għall-Arti qed iqisu ċ-ċirkostanzi u l-limitazzjonijiet minħabba l-pandemija COVID-19 li fiha l-programm Culture Pass kien qed jopera fl-istituzzjonijiet edukattivi matul l-aħħar sena skolastika. Għalhekk, il-produzzjonijiet kollha magħżula għall-programm 2020-2021 se jiġu inklużi awtomatikalment għall-programm 2021-2022 li ġej.


Kull min jixtieq jipproponi produzzjonijiet ġodda għandu jagħmel hekk sal-24 ta' Awwissu 2021. B'hekk, il-programm ikun iktar mogħni u varjat. Linji gwida u applikazzjonijiet huma online fuq il-website tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu indirizzati lil culturepass.mhal@gov.mt.​​


Sors: DOI

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021