top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Imniedi proġett ieħor ta’ BeSmartOnline għall-għarfien li jipprevjeni l-abbuż onlajn


Titnieda s-sitt edizzjoni tal-kampanja ta' għarfien li jipprevjeni l-abbuż onlajn fuq tfal adolexxenti u anke adulti, bl-isem 'BeSmartOnline'. App ġdida se tkun qed tiżdied mal-għodda l-oħra fil-ġlieda kontra l-abbuż virtwali.


Dan il-proġett ġab diversi entitajiet flimkien, fosthom, il-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (l-FSWS); l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal; id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni; u s-sezzjoni tas-Cybercrime Unit tal-Pulizija ta’ Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.


L-għan prinċipali ta’ din il-kollaborazzjoni hu l-ħarsien tat-tfal mid-diffikultajiet li jista’ jġib miegħu l-użu tat-teknoloġija u l-għarfien lit-tfal u liż-żgħażagħ, kif ukoll lill-ġenituri u lill-edukaturi dwar l-użu għaqli tat-teknoloġija u r-riskji li jistgħu jiltaqgħu magħhom.


Permezz ta’ dan il-proġett, l-istudenti fl-iskejjel qed ikollhom lezzjonijiet apposta relatati mal-użu tajjeb tat-teknoloġija u għarfien fuq x’għandhom jagħmlu jekk jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet ta’ abbuż.

bottom of page