Isma' Ftit
In-NASA għadha kif tefgħet vidjow panoramiku ġdid tal-pjaneta Marte
In-NASA għadha kif tefgħet vidjow panoramiku ġdid tal-pjaneta Marte In-NASA għadha kemm tefgħet vidjow panoramiku minn Van Zyl, li skont l-istqarrija tan-NASA hu l-post li kienet tinsab fih xahar ilu r-rover 'Perseverance'.
Din il-panorama tikkonsisti f’992 stampa li l-istrument Mastcam-Z ħa bejn il-15 u s-26 ta’ April. Permezz ta' dan il-vidjow panoramiku, wieħed jista' jinnota l-ħelikopter 'Ingenuity' u anke l-fdalijiet li 'Perseverance' ħalliet warajha mal-inżul tagħha. Wieħed jista' wkoll jisma' l-ħsejjes tal-Ħamra kif qatt ma nstemgħu qabel.