top of page
ME
NU
  • Writer's pictureClayton Saliba

In the name of the Mother… and of the Daughter… Esibizzjoni mtellgħa minn Nik Keter



In the name of the Mother… and of the Daughter… hi esibizzjoni tal-arti mtellgħa minn Nik Keter. Sa minn ċkunitha, Nik kienet konxja tan-nuqqas ta’ rikonoxximent lejn il-qawwa femminili. Matul is-snin primarji tagħha, irrinunzjat li trodd is-salib u minflok kienet tuża idha x-xellugija u tgħid fl-isem tal-Omm, tal-bint u tal-Ispirtu s-Santu...


L-esibizzjoni tikxef it-trasformazzjoni tal-omm – Nik tuża ikonigrafija u proża bħala veikolu biex tesebixxi b’mod parallel it-trasformazzjoni staġjonali t’omm artna u t-trasformazzjoni tal-omm tipika. L-ewwel lezzjonijiet tagħna huma dwar is-sigurtà tagħna, u l-omm hi l-ewwel għalliema ta’ dak li toffri d-dinja biex nimxu l-mixja ta’ ħajjitna bla biża’ – għalhekk, nippermettu lilna nfusna biex nilħqu l-milja tagħna jekk nintreħew mill-biżgħat li jżommuna lura. Dan jista’ jsir biss permezz tat-trawwim tal-omm: kemm bid-divinità tagħha bħal Marija u figuri reliġjużi oħra, u kemm bħala omm artna li tipprovdilna l-ikel, refuġju u ilma.



Dan hu d-debutt ta’ Nik Keter. Wara l-kwarantina tal-Covid-19, Nik bdiet prattika devozzjonali li, b’mod naturali, ġibditha lejn Marija li minn tfulitha kienet imxennqa għaliha u li ħeġġitha terħi l-biżgħat tagħha biex tipproduċi din l-esibizzjoni. Dan għad unur tagħha b’messaġġ fejn tappella lill-pubbliku biex iħaddanha f’ħajtu, kemm fit-talb (irrispettivament mill-fidi tiegħu) kif ukoll fil-ħajja u l-azzjonijiet ta’ kuljum lejn il-proxxmu.



Nik Keter


Aħna msejħa biex inkunu ommijiet, għaliex li tkun omm ifisser li tagħti mingħajr kundizzjonijiet, bħalma d-dinja hi għalina, hekk hi Marija għal Kristu.


Din il-kollezzjoni se tkun esebita kuljum sal-14 ta' Settembru 2021, f' 'Il-Kamra ta' Fuq', 4, New Life Bar, Misraħ il-Knisja, l-Imqabba.



Żur www.artsweven.com

bottom of page