Clayton Saliba
Inawgurat il-proġett ta' restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta

Ġie inawgurat il-proġett ta' restawr tal-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta li tifforma parti mill-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli, b'investiment ta' €5 miljun mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Dan iċ-ċentru se jkun qed joffri lill-artisti ambjent aktar adattat biex jimmotiva aktar is-sens kreattiv u tnissil ta' ideat innovattivi. Din l-iskola tikkumplimenta x-xogħol eċċellenti li jsir f'diversi istituzzjonijiet oħra bħal l-MCAST u l-Università ta' Malta, fost oħrajn. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada Dr Neville Young qal li proġett ta' restawr u tisbiħ bħal dan huwa parti minn kullana ta' proġetti li permezz tagħhom qed tiġi mmodernizzata l-infrastruttura edukattiva tal-pajjiż. Fost l-aktar artisti rinomati li kellhom l-edukazzjoni formali tagħhom fl-iskola hemm: Antoine Camilleri, Victor Diacono, Harry Alden, Vincent Apap, Willie Apap, Esprit Barthet, Anton Inglott, u Carmelo Mangion.
Sors DOI