Isma' Ftit
Inti għandek din il-karatteristika?

Kont taf, li ġismek hu mimli bi fdalijiet li m'għandikx bżonn aktar? Ir-raġuni ta' dan kollu hi indikazzjoni li l-bniedem għadu jevolvi.
Waħda minn dawn il-fdalijiet li tista' tara issa hi fi driegħek. Jekk tmiss il-behem (is-seba' l-oħxon) mas-seba' ż-żgħir, jista' jkun li tara l-għerq 'il barra f'nofs tal-polz. Jekk dak mhux qiegħed hemm, mela int fost l-10% fid-Dinja li twelidt mingħajr din il-karatteristika.
Dan l-għerq jgħaqqad muskolu fl-id (palmaris longus) li ħafna minna għandna peró jidher li mgħandniex bżonnu aktar. Skont riċerka li saret jidher li dan il-muskolu ma jagħtina l-ebda saħħa biex naqbdu xi oġġetti meta mqabbla ma' nies li m'għandomx. Fil-fatt il-kirurgi spiss ineħħuh biex jużawh f'operazzjonijiet ta' rikostruzzjoni jew kirurġija plastika skont il-bżonn.
Allura għaliex spiċċajna b'dan l-għerq inutli? Ix-xjentisti sabu li, filwaqt li dan il-muskolu hu preżenti f'ħafna mammiferi llum, hu l-iktar muskolu żviluppat f'dawk li jużaw id-dirgħajn tagħhom biex jiċċaqalqu - bħax- xadini.
Hemm bosta eżempji oħra ta' fdalijiet strambi f'ġisimna u li m'għadx għandna bżonn aktar. Dawn huma kollha fdalijiet u tifkiriet dwar l-abbiltajiet tal-antenati antiki tagħna u prova tal-evoluzzjoni tal-bniedem.