ME
NU
  • Isma' Ftit

Ippjanati liġijiet aktar iebsa kontra l-Hate Speech fi New Zealand



Fi New Zealand qed jiġi ppjanat li jissaħħu l-liġijiet dwar il-Hate Speech, u jiżdiedu l-pieni ta' inċitament ta’ mibegħda u diskriminazzjoni. Dan qed isir b’reazzjoni għall-attakk razzjali fi Christchurch sentejn ilu fejn inqattlu 51 Musulman.


Inkjesta dwar l-attakk ta’ Christchurch fil-15 ta’ Marzu 2019 irrakkomandat bidliet fil-liġijiet li jirrigwardjaw il-Hate Speech u liġijiet oħra dwar il-kriminalità ta' mibegħda u spjegat kif dawn se jkunu ta' deterrent għal persuni li jimmiraw gruppi reliġjużi jew minoritajiet oħra.


Il-gvern ippropona li jkun hemm aktar liġijiet dwar reati kriminali ġodda għal Hate Speech li jkunu aktar ċari u effettivi. Skont dawn il-proposti, persuna li intenzjonalment tqanqal, iżżomm jew tinnormalizza l-mibegħda, tkun qed tikser il-liġi u tiġi kkunsidrata ta' theddida minħabba li tkun qed tinċita l-vjolenza.


Hu ppjanat biex il-piena għal reati bħal dawn tiżdied għal massimu ta' tliet snin ħabs jew multa sa $50,000. Bħalissa l-piena tista' tilħaq sa massimu ta' $ 7,000 jew tliet xhur ħabs.


Din l-inkjesta ipproponiet ukoll biex dawn il-liġijiet jipproteġu nies trans u intersesswali minn kull tip ta' diskriminazzjoni. Il-liġijiet attwali jimmiraw biss diskors ostili kontra persuna jew gruppi ta' minoranza jew ta' kulur differenti, razza jew etniċità oħra.




  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021