Lara Michelle Camilleri
Ir-Re Henry VIII u n-nisa tiegħu

Bħal-lum 478 sena ilu (fl-1543), ir-Re Henry VIII tal-Ingilterra żżewweġ lis-sitt u l-aħħar mara tiegħu, Catherine Parr, mara b’ħafna għarfien u dejjem bix-xewqa li titgħallem ħwejjeġ ġodda.
Bil-bidu tal-ħajja miżżewġa tagħhom, Parr kienet konxja mill-fatt li żewġha kien ordna biex tnejn min-nisa passati tiegħu jingħataw il-giljottina. Madanakollu, Parr kienet laqgħet il-proposta taż-żwieġ xorta waħda għaliex riedet tinqeda mill-pożizzjoni tagħha bħala reġina biex tippromwovi r-reliġjon Protestanta Luterana li tagħha tant kienet devota. Id-devozzjoni tagħha lejn il-Protestaniżmu Lutern ħolqitilha għadd ta’ għedewwa li ppruvaw idawru lir-Re kontriha bl-għan li jordna l-arrest tagħha.

Però, Parr kien irnexxielha tikkonvinċi lir-Re li hi dejjem baqgħet leali lejh u lejn ir-reliġjon tiegħu (ir-Re kien baqa’ jsejjaħ lilu nnifsu Kattoliku minkejja li witta t-triq għall-Protestantiżmu Anglikan), u għaldaqstant kien reġa’ biddel fehmtu tant li ma bagħathiex għall-giljottina.