top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Ir-Renju Unit se jipprojbixxi riklamar ta' junk food onlajn u fi programmi televiżivi



Ir-Renju Unit se jkun qed jipprojbixxi riklami li jippromwovu ikel mhux tajjeb għas-saħħa. Dawn ir-riklami mhux se jkunu jistgħu jidhru fuq it-televiżjoni matul il-ġurnata kif ukol onlajn. Dan se jsir bħala parti minn sforz biex jindirizza l-obeżità u jħeġġeġ ikel iktar tajjeb għas-saħħa.


Ir-regoli l-ġodda se jidħlu fis-seħħ fl-aħħar tas-sena d-dieħla, u huma mfassla biex ibiddlu t-tendenza preżenti fejn tifel minn kull tlieta jbgħati minn piż żejjed jew obeżità.


Din il-projbizzjoni wasslet għal reazzjonijiet diversi u rabja minn xi entitajiet tal-midja.


Taħt dan il-pjan, riklami ta' ikel b'ħafna xaħam, melħ u zokkor se jkunu pprojbiti milli jidhru fuq it-televiżjoni jew programmi qabel id-9:00pm. Se jkunu pprojbiti wkoll minn riklami mħallsa onlajn, madankollu jistgħu jibqgħu jidhru fuq il-websajt u l-paġni tal-midja soċjali tal-produttur tagħhom.


Il-gvern qal li r-restrizzjonijiet japplikaw għan-negozji kollha li jħaddmu iktar minn 250 persuna biex jipproteġu kumpaniji iżgħar li jistgħu jaffordjaw biss jirreklamaw onlajn.


Taħseb li Malta għandha tadotta din is-sistema?

bottom of page