top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

Ir-revoluzzjoni li wasslet għat-tmiem tat-tmexxija tar-Re Charles X



Bħal-lum 191 sena ilu (fl-1830), Charles X ta’ Franza abdika mit-tron għaliex ma setax jirreżisti r-revoluzzjoni ta’ Lulju, hekk imsejħa Révolution de Juillet jew Trois Glorieuses.


Din ir-revoluzzjoni wasslet għat-tmiem tat-tmexxija tar-Re Charles X, li kien parti mill-monarkija Franċiża tal-Borboni, biex minfloku jilħaq kuġinuh Louis Philippe, id-Duka ta’ Orléans. Ir-raġuni wara dir-revoluzzjoni kienet minħabba l-pubblikazzjoni ta’ ordinanzi restrittivi li ma kinux konsistenti mal-ispirtu tal-Karta tal-1814. Bejn is-27 u d-29 ta’ Lulju, seħħew għadd ta’ protesti, demostrazzjonijiet u ġlied fit-toroq u n-nies bdiet issejjaħ lil Louis “ir-re ta’ Franza”.


Permezz ta’ din ir-revoluzzjoni, kien hemm il-bidla minn monarkija kostituzzjonali tal-isem għal monarkija kostituzzjonali fil-prattika, imsejħa bħala l-Monarkija ta’ Lulju.




bottom of page