Lara Michelle Camilleri
Ir-riċetta biex tħossok iktar ferħan
Updated: Jun 7, 2021

Kun iktar ottimist. Warrab il-ħsibijiet negattivi li jinbtu u ġġildilhom b’attitudni pożittiva u persistenti.
Naqqas il-ħin li tqatta’ fuq Facebook u imla ħinek billi ċċempel jew tiltaqa’ ma’ sħabek. Iktar likes fuq Facebook mhumiex se jżidulek il-kuntentizza.
Iffoka fuq in-nies ta’ madwarek u ħallik mill-oġġetti materjali. Iktar kemm tixtri, iktar tkun trid taħtaf taħt idejk.
Agħmel lista ta’ dawk il-persuni li tħossok grat lejhom u ta’ dawk l-affarijiet li jnisslulek tbissima. Kull darba li tħossok dgħajjef agħtiha titwila.
Tibqax magħluq bejn l-erba’ ħitan tad-dar. Il-ħin li tqatta’ barra mid-dar kapaċi jbiddillek il-burdata.
Tikkumparax lilek innifsek ma’ ħaddieħor. Kulħadd għandu l-battalja tiegħu x’jissielet. Timpressjonax ruħek b’kemm ħaddieħor għandu ġid.
Ifhem iktar lil ħaddieħor u tokkupax ruħek bid-dgħufijiet tiegħek biss.
Taqbiżx l-irqad. In-nuqqas ta’ rqad jaffettwalek il-burdata u r-relazzjonijiet li jkollok ma’ ħaddieħor.
Iġri wara l-ħolm u l-passjonijiet tiegħek.
Tintelaqx. Sib ħin biex tagħmel ftit eżerċizzju. Jekk titla’ erba’ sulari taraġ minflok taqbad il-lift, biżżejjed.
Għin u ferraħ lil ħaddieħor filwaqt li ssib ħin għalik innifsek ukoll.
Tikolx ħniżrijiet. Wara ikla tajba l-ġisem iħossu iktar sodisfatt u għaldaqstant tant ieħor inti.
Tneħħix it-tbissima minn fuq fommok. It-tbissim jittieħed, titbissem int u jitbissem ta’ ħdejk