Isma' Ftit
Ira Losco lura fuq il-palk fl-APS Bank Summer Festival

Ira Losco lura fuq il-palk parti mill-APS Bank Summer Festival li se jsir fl-24 ta' Lulju hekk kif ħabbret dan iktar kmieni llum fuq il-midja soċjali tagħha.
F'dan il-kunċert se jkun hemm mistiedna speċjali fosthom Destiny, Michela u anki Bloodline li se jingħaqdu ma' Ira Losco fir-raba' edizzjoni ta' "Women in music".
Għal dan il-festival se jkun hemm udjenza limitata minħabba r-restrizzjonijiet preżenti.