ME
NU
  • Clayton Saliba

Irrilaxxati aktar miżuri minn nhar it-Tnejn, 28 ta' Ġunju



L-uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa llum ħabbar li se jkunu rilaxxati aktar miżuri minn nhar it-Tnejn, 28 ta’ Ġunju fejn ristoranti, bars, każini u snackbars jistgħu jibqgħu joperaw sas-2:00am, skont il-liċenzja tal-istabbiliment.


Mater Dei


  • Il-ħinijiet ta’ viżitazzjoni tal-iswali ewlenin f’Mater Dei se jiżdiedu u l-viżitaturi jistgħu jżuru lill-pazjenti mill-11:30am sas-1:00pm u mit-3:00pm sat-8:00pm.



Trasport bil-baħar u waterparks


  • Mezzi ta’ trasport tal-baħar se jitħallew joperaw b’65% tal-ammont ta’ passiġġiera li huma liċenzjati li jtellgħu.

  • Waterparks se jerġgħu jitħallew joperaw ukoll.


Sport


  • Il-contact sport tat-tfal ta’ taħt is-17-il sena se jkun permess.

  • Fitness classes, se jkunu jistgħu jibdew ikunu organizzati.


Maskri


  • Mill-1 ta’ Lulju, persuni li ħadu ż-żewġ dożi u għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża se jkunu jistgħu jibqgħu mingħajr maskra f’postijiet pubbliċi fil-miftuħ jekk ikollom fil-pussess tagħhomi ċ-ċertifkat tal-vaċċin. Dan jgħodd ħlief jekk ma jinġemgħux iżjed minn żewġ persuni mlaqqma flimkien.

  • Tfal ta’ taħt it-12-il sena jistgħu jibqgħu bla maskra jekk ikunu flimkien ma' persuna mlaqqam kontra l-COVID-19.

  • Facebook
  • Instagram

Isma' Ftit hu mmexxi minn turtle.mt.

Aħna niktbu dwar: ħsibijiet, riflessjonijiet, ġrajjiet kurrenti, arti, kitbiet, tagħlim u stejjer oħra li jnisslu pożittività.

© Isma' Ftit. Kull dritt riservat 2016 - 2021