Maria Ellul
Jaqgħu l-ishma tal-Coca-Cola b'azzjoni ta' Ronaldo waqt il-konferenza stampa

Żgur li ħafna raw il-filmat li beda jdur ftit tal-ġranet ilu f'konferenza stampa qabel il-logħba tal-Kampjonati Ewropej 2020 bejn il-Portugall u l-Ungerija fejn Cristiano Ronaldo neħħa minn quddiemu żewġ fliexken tal-Coca-Cola. Din l-azzjoni wasslet sabiex l-ishma tal-Coca Cola jaqgħu b'1.6%, li tfisser valur ta' $4 biljun inqas fil-valur tal-ishma.
Intant, ilbieraħ Ronaldo sar ukoll l-aktar plejer li skurja fil-Kampjonati Ewropej tal-futbol b'total ta' 11-il gowl.
Ritratt: AFP