top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Johann Gottfried Galle, l-ewwel bniedem li qatt osserva l-pjaneta Nettunu



Bħal-lum 175 sena ilu (fl-1846), l-astronomu Johann Gottfried Galle sar l-ewwel bniedem li qatt osserva l-pjaneta Nettunu, minkejja li l-eżistenza tagħha kienet matematikament imbassra minn Urbain-Jean-Joseph Le Verrier u John Couch Adams.


Fil-fatt, Nettunu kienet l-ewwel pjaneta li ġiet skoperta permezz tal-matematika hekk kif wara l-iskoperta tal-pjaneta Uranu fl-1781, l-astronomi bdew jinnutaw li l-pjaneta kienet qed tinġibed ħarira ‘l barra mill-orbitu tagħha tas-soltu. Le Verrier u Couch Adams użaw il-matematika biex ibassru li l-gravità minn pjaneta oħra lil hinn mill-pjaneta Uranu kienet qed taffettwa l-orbitu ta’ Uranu. Flimkien irnexxielhom jifhmu mhux biss fejn kienet dil-pjaneta, jiġifieri Nettunu, iżda wkoll kemm kienet il-massa tagħha.


Għaldaqstant, Galle, li kien għadu astronomu pjuttost żgħir fl-età, iddeċieda li jfittex dil-pjaneta permezz ta’ osservazzjoni teleskopika fl-Osservatorju ta’ Berlin.


Minn Benjamin Camilleri

bottom of page