top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

Kif tniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin

Updated: Jun 7, 2021



Iċ-ċertifikat tal-vaċċin se jgħinna nerġgħu nduqu ftit normalità b’mod sigur. Segwi dawn l-istruzzjonijiet biex tniżżel iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dan jista’ jitniżżel biss jekk ikunu għaddew 14-il ġurnata mid-data li ħadt it-tieni doża tal-vaċċin fil-każ tal-

Pfizer, Moderna, jew AstraZeneca, jew inkella wara l-ewwel doża fil-każ tal-Johnson and Johnson.

  1. Idħol fis-sit elettroniku certifikatvaccin.gov.mt.

  2. Agħfas iġġenera u kkonferma li taċċetta r-regoli tal-privatezza.

  3. Agħżel il-metodu ta’ kif tixtieq tkompli r-reġistrazzjoni.

Metodu 1 – E-ID

  1. Awtomatikament se tittieħed fis-sit tal-E-ID.

  2. Daħħal id-dettalji personali u kkonferma li d-dettalji tiegħek huma korretti.

  3. Awtomatikament jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Metodu 2 – Log-in Alternattiv

  1. Daħħal id-dettalji personali tiegħek. Ftakar li n-numru tad-dokument mhuwiex l-istess numru tal-ID, iżda dan huwa n-numru li jinsab fuq il-wara tal-karta tal-identità.

  2. Agħfas issottometti.

  3. Awtomatikament jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat tal-vaċċin.

Żomm f’moħħok

  • Iċ-ċertifikat tal-vaċċin jista’ jitniżżel iktar minn darba iżda jibqa’ validu biss l-aħħar ċertifikat imniżżel.

  • Jekk teħtieġ iżjed assistenza, tista’ ċċempel 145.



bottom of page