
Isma' Ftit
Klinika mobbli tal-vaċċin f'diversi lokalitajiet mill-ġimgħa d-dieħla

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se titnieda klinika mobbli tal-vaċċin mill-ġimgħa d-dieħla.
Din il- klinika mobbli tal-vaċċin se tibda topera f'dawn id-dati:
It-Tnejn 19 ta’ Lulju - l-Mosta u se tkun iż-Żejtun
l-Erbgħa 21 ta’ Lulju - Iż-Żejtun
il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju - San Ġiljan
Kull min imur biex jieħu l-vaċċin minn din il-klinika mobbli m’għandux bżonn appuntament.