Isma' Ftit
L-Aqwa Skorers fl-edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej

Bħala l-aqwa skorers ta’ kull żmien fl-edizzjonijiet tal-Kampjonati Ewropej insibu, kif jgħid il-Malti, il-krema tal-futbol Ewropew. L-aktar żewġ plejers li qatt skurjaw gowls fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej insibu l-Franċiż Michel Platini u l-Portugiż Cristiano Ronaldo – it-tnejn b’total ta’ disa’ gowls.
Plejer li ftit li xejn smajna dwaru huwa d-Daniż Ole Madsen li flimkien mal-Ingliż Alan Shearer skurjaw xejn anqas minn seba’ gowls kull wieħed.
B’sitt gowls kull wieħed insibu bosta plejers ta’ fama mondjali, fosthom l-Olandiżi Ruud Van Nistelrooy u Patrick Kluivert, il-Franċiżi Antoine Greizmann u Thierry Henry, l-Ingliż Wayne Rooney, ir-Russu Viktor Ponedelnik u fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, l-Iżvediż Zlatan Ibrahimovic. Dawn il-plejers skurjaw xejn anqas minn sitt gowls kull wiehed fl-edizzjonijet finali tal-Kampjonat Ewropej.
Fost il-plejers ta’ fama internazzjonali li skurjaw inqas gowls insibu lil Marco Van Basten hekk kif skurja ħames gowls. L-istess għamel il-Ġermaniz Jurgen Klinsmann. Fl-era aktar riċenti nsibu lil Zinedine Zidane ta’ Franza u Fernando Torres ta’ Spanja.
Miktub minn Clinton Buhagiar