top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

l-element kimiku li ġie skopert fuq entità ekstraterrestri qabel ma ġie skopert fuq l-art



Bħal-lum 153 sena ilu (fl-1868), l-astronomu Franċiż Pierre Jules César Janssen skopra linji spettrali fl-ispettru tax-xemx tant li wassluh biex jipproponi l-eżistenza ta’ element kimiku ġdid – l-elju.


Waqt li Janssen kien qed josserva l-eklissi solari tat-18 t’Awwissu 1868, f’Guntur, l-Indja, innota linji qawwija fl-ispettru tal-kromosfera li kienu jfissru li l-kromosfera hija mimlija gass. Fl-ispettru tax-xemx, minkejja li mhux mill-ewwel ġie nnutat, kien hemm preżenti dawl isfar jgħajjat (linja spettrali) li s-sors tiegħu kien għadu ma ġiex skopert fid-dinja. Din kienet l-ewwel darba li element kimiku ġie skopert fuq entità ekstraterrestri qabel ma ġie skopert fuq l-art.


Fost affarijiet oħra, l-elju jintuża fil-bżieżaq, f’applikazzjonijiet mediċi biex jikkuraw kundizzjoni, fl-airbags tal-karozzi, kif ukoll fl-iskeners tal-barcode.

bottom of page