top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

L-esperiment kellu jieqaf ħesrem wara sitt ijiem biss minħabba l-konsegwenzi tiegħu



Bħal-lum 50 sena ilu (fl-1971), il-psikologu Philip Zimbardo flimkien mal-kollegi tiegħu nedew esperiment li matulu ġie studjat l-impatt psikoloġiku fuq 24 persuna li għamluha ta’ priġunieri jew gwardjani tal-ħabs – magħruf bħala l-esperiment tal-ħabs ta’ Stanford.


L-għan tal-esperiment kien biex jiġi osservat jekk persuni li huma fiżikament u mentalment b’saħħithom, u li kienu konxji tal-fatt li kienu qed jipparteċipaw f’esperiment, kinux se jbiddlu l-imġiba tagħhom f’ambjent ta’ ħabs. Il-voluntiera kienu 24 student u ftiehmu li jipparteċipaw għal perjodu ta’ madwar ġimagħtejn bi skambju għal $15 kull ġurnata. Madankollu, l-esperiment kellu jieqaf ħesrem wara sitt ijiem biss hekk kif min kien qed jagħmilha ta’ gwardjan tal-ħabs sar abbużiv u aggressiv filwaqt li min kien qed jagħmilha ta’ priġunier spiċċa mtela b’ħafna stress u ansjetà akuta.


Minħabba l-fatt li l-gwardjani kienu f’awtorità, bdew iġibu ruħu għalkollox differenti minn kif iġibu ruħhom fil-ħajja ta’ kuljum filwaqt li l-priġunieri, li kienu f’sitwazzjoni fejn ma kellhom l-ebda kontroll, spiċċaw sottomessi għall-gwardjani u dipressati.

bottom of page