top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

l-ewwel darba li fetaħ il-mużew Louvre ta’ Pariġi



Bħal-lum 228 sena ilu (fl-1793), il-mużew Louvre ta’ Pariġi fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba b’537 biċċa t’arti, u iktar tard sar l-aktar mużew li jżuruh nies minn madwar id-dinja.


Oriġinarjament, fl-1190, il-Louvre kien inbena bħala fortizza iżda fis-seklu 16 kien rikostruwit biex iservi bħala palazz irjali. Madankollu, fl-1682, Louis XIV kien irriloka r-residenza rjali ġewwa Versailles u b’hekk il-Louvre beda jospita għadd ta’ esibizzjonijiet tal-arti. Minkejja li l-Assemblea Nazzjonali fetħet il-mużew fl-1793, fl-1796 kellu jagħlaq minħabba problemi strutturali. Fl-1801, Napuljun reġa’ fetaħ il-mużew u espanda l-kollezzjoni tal-arti.


Il-mużew Louvre hu l-akbar mużew fid-dinja li jospita waħda mill-aktar kollezzjonijiet tal-arti impressjonanti tal-istorja. Il-palazz, li hu mibni fuq l-istil Barokk, jinsab max-xmara Seine f’Pariġi.

bottom of page