Isma' Ftit
L-ewwel kappella f’Malta b’apparat għal persuni neqsin mis-smigħ

Proġett b'investiment ta' €17,000, grazzi għal donazzjoni mill-kumitat tal-welfare, se jgħin persuni li jbatu minn nuqqas ta' smigħ b'apparat speċjalizzat fil-Kappella tal-Qalb ta' Ġesu f'San Vinċenz de Paul. Wara studju li sar biex tiġi evalwata liema hi l-aħjar sistema li għandha tintuża, ġiet installata sistema li, minbarra l-funzjoni tagħha, se tgħin ukoll lil dawk li jbatu minn nuqqas ta' smigħ u jagħmlu użu mill-hearing aid.
Din hi sistema ta' audio induction loop li tgħin biex dak li jkun qed jingħad jiġi trażmess direttament fl-apparat tas-smigħ u jelimina kull ħoss ieħor li jkun għaddej dak il-ħin.
Ritratt minn: Clodagħ O'Neill