Maria Ellul
L-ewwel park marittimu f'Malta

Fiċ-Ċirkewwa ġiet identifikata żona fil-baħar li se tinbidel f'park marittimu. Dan wara ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u n-Nature Trust li se jara proġett tal-ewwel tip tiegħu f'Malta. Sabiex ikun jista' jsir dan, se jsir studju f'qiegħ il-baħar u nventarju ta' x'hemm f'dan il-post.
L-għan primarju ta' dan il-park marittimu hu li jżid il-biodiversità filwaqt li jipprovdi wkoll żoni għas-sajd u attività ekonomika li tiġġenera t-turiżmu. Intant, dawn it-tip ta' siti huma meqjusa bħala prijorità għaliex permezz tagħhom tkompli titkattar l-industrija tal-bugħaddasa.