Lara Michelle Camilleri
L-ewwel qtil minn Jack the Ripper fl-East End ta’ Londra

Bħal-lum 133 sena ilu (fl-1888), seħħ l-ewwel qtil minn Jack the Ripper (isem psewdonomu) fl-East End ta’ Londra.
Jack the Ripper itterrorizza Londra fl-1888 hekk kif, minn tal-inqas, qatel ħames nisa, kollha prostituti, u mmutilizza l-iġsma tagħhom b’mod anormali, b’indikazzjoni li dan il-qattiel kellu għarfien sostanzjali tal-anatomija umana. Madankollu, il-qattiel qatt ma rnexxielu jinstab jew jiġi identifikat, tant li Jack the Ripper jibqa’ fost wieħed mill-iktar kriminali notorji tal-Ingilterra u anki tad-dinja. Il-ħames omiċidji attribwiti lil Jack the Ripper seħħew viċin jew fid-distrett ta’ Whitechapel fl-East End ta’ Londra, bejn is-7 t’Awwissu u l-10 ta’ Settembru tal-1888.
Madwar tnax-il omiċidju li seħħew bejn l-1888 u l-1892 ġew attribwiti, b’mod spekulattiv, lil Jack the Ripper, madankollu, ħamsa minnhom huma kkonfermati: Mary Ann Nichols, Annie Chapman, Elizabeth Stride, Catherine Eddowes u Mary Jane Kelly.