top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

L-ewwel vapur fl-istorja li dar id-dinja kollha b’suċċess


Bħal-lum 499 sena ilu (fl-1522), il-vapur Victoria rritorna Spanja bit-titlu tal-ewwel vapur fl-istorja li dar id-dinja kollha b’suċċess.


Il-Victoria telaq minn Spanja tliet snin qabel, bħala parti minn spedizzjoni Spanjola ma’ erba’ vapuri oħra li madankollu ma rnexxilhomx jagħmlu d-dawra sħiħa. Huwa stmat li l-Victoria baħħar għal 68,000 kilometru, ħafna drabi f’territorji mhux magħrufa mill-ekwipaġġ. Meta l-vapur wasal lura kien fi stat terribbli, bl-ilqugħ imċarrat u miżmum milli jegħreq biss permezz tal-ippumpjar kontinwu tal-ilma.


Il-kaptan tal-vapur (u dak li ppjana l-ispedizzjoni), ċertu Portugiż bl-isem Ferdinand Magellan, tilef ħajtu waqt l-istess vjaġġ hekk kif inqatel minn xi abitanti ta’ gżira fl-Oċean Paċifiku.


minn Benjamin Camilleri

bottom of page