top of page
ME
NU
  • Writer's pictureIsma' Ftit

L-ewwel wirja ta' paraxut f'Pariġi b'qabża ta' madwar elf metru minn ballun tal-arja



Bħal-lum 224 sena ilu (fl-1797), André-Jacques Garnerin, spettur fl-armata Franċiża li inkoraġġixxa l-użu tal-blalen tal-arja għal skopijiet militari, tela' fuq ballun tal-idroġenu biex jagħti l-ewwel wirja ta' paraxut f’Pariġi, hekk kif qabeż minn għoli ta' madwar elf metru.


Garnerin, li studja l-fiżika, kien l-ewwel bniedem li qatt uża l-paraxut b’mod regolari u b’suċċess. Iktar tard, Garnerin kompla l-wirjiet tiegħu fin-naħa ta’ fuq tal-Ewropa u fl-1802 irnexxielu jagħmel qabża ta’ 2,400 metru fl-Ingilterra. Il-paraxut li kien juża Garnerin kien tat-tila u abjad, u forma ta’ umbrella.


Fl-1823, Garnerin tilef ħajtu f’inċident waqt li kien qed jipprepara biex jittestja paraxut ġdid.


Minn Benjamin Camilleri


bottom of page