top of page
ME
NU
  • Writer's pictureLara Michelle Camilleri

l-iktar temperatura baxxa rreġistrata fid-dinja


Bħal-lum 38 sena ilu (fl-1983), ġiet irreġistrata l-iktar temperatura baxxa tad-dinja, −89.2 °C (−128.6 °F), fl-istazzjon polari ta’ Vostok, fl-Antartika.


Dakinhar, it-temperatura niżlet bi 12-il grad aktar mit-temperatura medja tax-xitwa. Ir-raġuni għal dan it-tnaqqis drastiku fit-temperatura kienet minħabba li l-arja sħuna li normalment tiċċirkola mill-oċean tan-Nofsinhar sal-pjanura għolja tal-Antartika, kienet kważi wieqfa għalkollox matul dal-perjodu. L-arja kiesħa li kienet qed tiċċirkola f’Vostok kienet qed timpedixxi t-taħlit bejn arja iktar sħuna minn latitudnijiet baxxi, tant li iżolat lill-istazzjon ta’ Vostok u kkawżat temperatura estremament baxxa.


Madwar 40 jew 50 miljun sena ilu, il-klima tal-Antartika kienet tixbah lil dik tal-kosta ta’ Kalifornja kif inhi llum, filwaqt li l-klima tal-gżejjer polari li jinsabu fil-viċin kienet aktar tixbah lil dik ta’ Florida.

bottom of page